5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ April 2010 — Coin vs UASI — Dynamiki Zoi (Fitcoin)
(Kawża T-249/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Fitcoin - Trade marks nazzjonali, internazzjonali u Komunitarji figurattivi preċedenti coin - Raġuni relattiva għal rifjut - Pubbliku rilevanti - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2010/C 148/48
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Coin SpA (Venezia, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani u P. Pozzi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)
Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Dynamiki Zoi AE (Ateni, il-Ġreċja)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ April 2008 (Każ R 1429/2007-1), dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Coin SpA u Dynamiki Zoi AE.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta’ April 2008 (Każ R 1429/2007-1) hija annullata.
(2)
L-UASI hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 209, 15.8.2008.
Full & Egal Universal Law Academy