29.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2011 — Vion vs UASI (PASSION FOR BETTER FOOD)
(Kawża T-251/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Talba għal trade mark Komunitarja verbali PASSION FOR BETTER FOOD - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 319/23
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Vion NV (Best, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Klinger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment M. Kicia, sussegwentement R. Manea, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ April 2008 (Każ R 562/2007-4), li jikkonċerna r-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PASSION FOR BETTER FOOD bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Vion NV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 223, 30.08.2008.
Full & Egal Universal Law Academy