29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/37
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009 — Biotronik vs UASI (BioMonitor)
(Kawża T-257/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BioMonitor - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 205/68
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Biotronik GmbH & Co. KG (Berlin, il-Ġermanja)(rappreżentanti: inizjalment U. Sander u R. Böhm, sussegwentement R. Böhm, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ April 2008 (Każ R 466/2007-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BioMonitor bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Biotronik GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 223, 30.8.2008.
Full & Egal Universal Law Academy