6.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 70/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 24 ta’ Jannar 2017 – Rath vs EUIPO– Portela & Ca. (Diacor)
(Kawża T-258/08) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Diacor - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Diacol PORTUGAL - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Provi redatti f’lingwa li ma hijiex il-lingwa tal-proċedura - Regola 22(4) tar- Regolament (KE) Nru 2868/95 (li saret ir-Regola 22(6) tar-Regolament Nru 2868/95, kif emendat) - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 070/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Matthias Rath (Cap, l-Afrika t’Isfel) (rappreżentanti: U. Vogt, C. Kleiner u S. Ziegler, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Portela & Ca., SA (São Mamede do Coronado, il-Portugall)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-30 ta’ April 2008 (Każ R 1630/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Portela & Ca. u M. Rath.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Matthias Rath huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 223, 30.8.2008.
Full & Egal Universal Law Academy