14.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 109/9
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2012 — Grazer Wechselseitige Versicherung vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-282/08) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Awstrijaċi lill-grupp Grazer Wechselseitige (GRAWE) fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-Bank Burgenland - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq - Applikazzjoni fis-sitwazzjoni fejn l-Istat jaġixxi bħala bejjiegħ - Iffissar tal-prezz tas-suq)
2012/C 109/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Grazer Wechselseitige Versicherung AG (Graz, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Wollmann, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Kreuschitz, N. Khan u K. Gross, sussegwentement minn V. Kreuschitz, N. Khan u T. Maxian Rusche, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/719/KE, tat-30 ta’ April 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 56/06 (ex NN 77/06) implimentata mill-Awstrija għall-privatizzazzjoni tal-Bank Burgenlan (ĠU L 239, p. 32).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Grazer Wechselseitige Versicherung AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 247, 27.09.2008
Full & Egal Universal Law Academy