27.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Frar 2010 — Deutsche BKK vs UASI (Deutsche BKK)
(Kawża T-289/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Deutsche BKK - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv u nuqqas ta’ karattru distintiv - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Artikolu 73 u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 75 u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009)”)
2010/C 80/42
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche BKK (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-P. Schrammek, C. Drzymalla u S. Risthaus, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Mejju 2008 (Każ R 318/2008-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Deutsche BKK bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Deutsche BKK hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 247, 27.9.2008.
Full & Egal Universal Law Academy