6.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta’ Settembru 2010 — Inditex vs UASI — Marín Díaz de Cerio (OFTEN)
(Kawża T-292/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OFTEN - Trade mark nazzjonali preċedenti OLTEN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Xebh bejn il-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Suġġett tal-kawża quddiem il-Bord tal-Appell - Artikoli-61 u 62 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2010/C 301/44
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Industria de Diseño Textil (Inditex), SA (Arteixo, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Roberto Fernando Marín Díaz de Cerio (Logroño, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-24 ta’ April 2008 (Każ R 484/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Roberto Fernando Marín Díaz de Cerio u Industria de Diseño Textil (Inditex), SA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Industria de Diseño Textil (Inditex), SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 236, 13.9.2008.
Full & Egal Universal Law Academy