24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/26
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Settembru 2009 — Parfums Christian Dior vs UASI — Consolidated Artists (MANGO adorably)
(Kawża T-308/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva MANGO adorably - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti J’ADORE u ADIORABLE - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Probabbiltà ta’ vantaġġ inġust minħabba reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 256/47
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Parfums Christian Dior (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: F. de Visscher, E. Cornu u D. Moreau, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Bianchi, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Consolidated Artists BV (Rotterdam, l-Olanda) (rappreżentant: S. Bénoliel-Claux, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Mejju 2008 (Każ R 1162/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Parfums Christian Dior u Consolidated Artists BV.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Parfums Christian Dior hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 260, 11.10.2008.
Full & Egal Universal Law Academy