13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2010 — G-Star Raw Denim vs UASI — ESGW (G Stor)
(Kawża T-309/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva G Stor - Trade marks nazzjonali u Kommunitarji verbali u figurattivi preċedenti G-STAR u G-STAR RAW DENIM - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ xebh bejn it-trade marks - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2010/C 63/81
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: G-Star Raw Denim kft (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: G. Vos, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Botis u J. Novais Gonçalves, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: ESGW Holdings Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ April 2008 (R 1232/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn G-Star Raw Denim kft u ESGW Holdings Ltd.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
G-Star Raw Denim kft hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 260, 11.10.2008
Full & Egal Universal Law Academy