15.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 193/21
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Lulju 2009 — Fitoussi vs UASI
(Kawża T-311/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja IBIZA REPUBLIC - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti fil-forma ta’ stilla b’ħames ponot imdawra b’ċirku - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2009/C 193/32
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Paul Fitoussi (Vincennes, Franza) (rappreżentanti: K. Manhaeve, T. van Innis u G. Glas, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Bianchi, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Bernadette Nicole J. Loriot (Ibiza, Spanja)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Mejju 2008, (Każ R 1135/2007-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn P. Fitoussi u B. Nicole J. Loriot.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
P. Fitoussi huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 272, 25.10.2008.
Full & Egal Universal Law Academy