13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Jannar 2010 — REWE-Zentral vs UASI — Grupo Corporativo Teype (Solfrutta)
(Kawża T-331/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għal trade mark Komunitarja verbali Solfrutta - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FRUTISOL - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2010/C 63/82
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: REWE-Zentral AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kinkeldey u A. Bognár, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Grupo Corporativo Teype, SL (Madrid, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Mejju 2008 (Każ R 1679/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Grupo Corporativo Teype, SL u REWE-Zentral AG.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Mejju 2008 (Każ R 1679/2007-2), hija annullata.
(2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 260, 11.10.2008.
Full & Egal Universal Law Academy