14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2010 — BNP Paribas u BNL vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-335/08) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Miżuri meħuda mill-awtoritajiet Taljani fir-rigward ta’ ċerti banek ristrutturati - Skema ta’ riallinjament tal-valuri fiskali tal-assi - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tal għajnuna - Rikors għal annullament - Interess individwali - Ammissibbiltà - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Natura selettiva - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2010/C 221/62
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: BNP Paribas (Pariġi, Franza); u Banca Nazionale del Lavoro SpA (BNL) (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: R. Silvestri, G. Escalar u M. Todino, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/711/KE, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 15/07 (ex NN 20/07) li implementat l-Italja, dwar inċentivi fiskali favur ir-ristrutturazzjoni ta’ ċerti istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 237, p. 70).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
BNP Paribas u Banca Nazionale del Lavoro SpA (BNL) huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 272, 25.10.2008.
Full & Egal Universal Law Academy