30.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — EnBW Energie Baden-Württemberg vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-344/08) (1)
(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Fajl amministrattiv ta’ proċedura fil-qasam tal-akkordji - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Obbligu tal-istituzzjoni kkonċernata li twettaq eżami konkret u individwali tal-kontenut tad-dokumenti msemmija fl-applikazzjoni għal aċċess)
2012/C 194/27
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: EnBW Energie Baden-Württemberg AG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Bach u A. Hahn, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Costa de Oliveira, A. Antoniadis u O. Weber, sussegwentement A. Bouquet, P. Costa de Oliveira u A. Antoniadis, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: K. Petkovska, S. Johannesson u A. Falk, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Siemens AG (Berlin u Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Brinker, C. Steinle u M. Holm-Hadulla, avukati); u ABB Ltd (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment J. Lawrence, solicitor, u E. Whiteford, barrister, sussegwentement J. Lawrence u D. Howe, solicitor)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni SG.E.3/MV/psi D(2008) 4931, tas-16 ta’ Ġunju 2008, li tiċħad l-aċċess għall-fajl tal-proċedura COMP/F/38.899 — Switchgears insulati bil-gass.
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG.E3/MV/psi D(2008) 4931, tas-16 ta’ Ġunju 2008, li tirrifjuta l-aċċess għall-fajl tal-proċedura COMP/F/38.899 — Switchgears insulati bil-gass, hija annullata.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn EnBW Energie Baden-Württemberg AG.
(3)
Ir-Renju tal-Isvezja, ABB Ltd u Siemens AG għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 272, 25.10.2008.
Full & Egal Universal Law Academy