3.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Ottubru 2011 — Aragonesas Industrias y Energía vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-348/08) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-klorat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Rikors għal annullament - Tqassim tas-suq - Iffissar tal-prezzijiet - Numru ta’ indizji - Data tal-provi - Dikjarazzjonijiet ta’ kompetituri - Ammissjoni - Tul tal-ksur - Multi - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti)
(2011/C 355/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aragonesas Industrias y Energía, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: I. Forrester, QC, K. Struckmann, P. Lindfelt u J. Garcia-Nieto Esteva, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, J. Bourke u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 2626 finali, tal-11 ta’ Ġunju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.695 — Klorat tas-sodju), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna Aragonesas Industrias y Energía, u, sussidjarjament, titlob l-annullament jew it-tnaqqis sostanzjali tal-multa li ġiet imposta fuqha f’din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 1(g) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 2626 finali, tal-11 ta’ Ġunju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81[KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.695 — Klorat tas-sodju), huwa annullat, sa fejn il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fiha kkonstatat ksur, min-naħa ta’ Aragonesas Industrias y Energía, SAU, għall-perijodi li jinkludu, minn naħa, bejn is-16 ta’ Diċembru 1997 u s-27 ta’Jannar 2008 u, min-naħa l-oħra, bejn l-1 ta’ Jannar 1999 u d-9 ta’ Frar 2000.
(2)
L-Artikolu 2(f) tad-Deċiżjoni C(2008) 2626 finali huwa annullat, sa fejn jistabbilixxi l-ammont tal-multa għal EUR 9 900 000.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Aragonesas Industrias y Energía hija kkundannata tħallas terz tal-ispejjeż tagħha stess u nofs l-ispejjeż tal-Kummissjoni.
(5)
Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati nofs l-ispejjeż tagħha stess u żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ Aagonesas Industrias y Energía.
(1) ĠU C 285, 08.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy