3.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2011 — Uralita vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-349/08) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-klorat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Rikors għal annullament - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)
(2011/C 355/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Uralita, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: I. S. Forrester, QC, K. Struckmann, P. Lindfelt u J. Garcia-Nieto Esteva, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, R. Sauer, A. Biolan u J. Bourke, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 2626 finali, tal-11 ta’ Ġunju 2008, dwar proċediment [proċedura] skont l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F/38.695 — Klorat tas-Sodju) sa fejn l-imsemmija deċiżjoni tirrigwarda lir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Uralita, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 285, 8.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy