14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2010 — Matratzen Concord vs UASI — Barranco Schnitzler u Barranco Rodriguez (MATRATZEN CONCORD)
(Kawża T-351/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MATRATZEN CONCORD - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MATRATZEN - Raġuni relattiva għal rifjut - Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2010/C 221/63
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Matratzen Concord GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Pablo Barranco Schnitzler u Mariano Barranco Rodriguez (Sant Just Desvern, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Mejju 2008 (Każ R 1034/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Pablo Barranco Schnitzler u Mariano Barranco Rodriguez u, min-naħa l-oħra, Matratzen Concord GmbH.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta’ Mejju 2008 (Każ R 1034/2007-2) hija annullata.
(2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 285, 08.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy