27.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 51/31
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Jannar 2010 — De Fays vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-355/08) (1)
(Appell - Appell inċidentali - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave - Leave tal-mard - Assenza irregolari kkonstatata wara kontroll mediku - Imputazzjoni fuq it-tul tal-leave annwali - Telf tal-benefiċċju tar-remunerazzjoni)
2010/C 51/60
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Chantal De Fays (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Moyse u A. Salerno, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla), tas-17 ta’ Ġunju 2008, De Fays vs Il-Kummissjoni (F-97/07), li tiċħad ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata, wara kontroll mediku, l-assenza irregolari tal-appellanti u li tnaqqas din l-assenza mil-leave annwali u, wara, mir-remunerazzjoni tal-persuna kkonċernata, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 60 tar-Regolamenti tal-Persunal
Dispożittiv
(1)
L-appel prinċipali u l-appell inċidentali huma miċħuda.
(2)
Chantal de Fays għandha tbati l-ispejjeż tal-appell prinċipali.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tal-appell inċidentali.
(1) ĠU C 285, 8.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy