19.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2011 — IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-362/08) (1)
(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar it-twettiq ta’ proġett industrijali f’żona protetta taħt id-Direttiva 92/43/KEE - Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru - Oppożizzjoni min-naħa tal-Istat Membru - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Eċċezzjoni li tirrigwarda l-politika ekonomika ta’ Stat Membru - Artikolu 4(5) sa (7) tar-Regolament Nru 1049/2001)
2011/C 55/36
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Crosby, solicitor, u S. Santoro, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. O’Reilly u P. Costa de Oliveira, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: J. Bering Liisberg u B. Weis Fogh, aġenti); Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: inizjalment J. Heliskoski, M. Pere u H. Leppo, sussegwentement J. Heliskoski, aġenti); u r-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: K. Petkovska, A. Falk u S. Johannesson, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Ġunju 2008, li tirrifjuta li tagħti aċċess għal dokument lir-rikorrenti, mibgħut lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet Ġermaniżi fil-kuntest ta’ proċedura relattiva għad-deklassifikazzjoni ta’ sit protett skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds gGmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 301, 22.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy