27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2011 — Aldi Einkauf vs UASI — Illinois Tools Works (TOP CRAFT)
(Kawża T-374/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TOP CRAFT - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Krafft - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament Nru 207/2009) - Użu ġenwin ta’ trade marks preċedenti - Artikolu 43(2) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009) u r-Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)
2011/C 252/74
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, L. Kolks u C. Fürsen, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Illinois Tools Works, Inc. (Glenview, l-Istati Uniti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-25 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 952/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Illinois Tools Works, Inc. u Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-25 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 952/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Illinois Tools Works, Inc. u Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG, hija annullata.
(2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 313, 06.12.2008.
Full & Egal Universal Law Academy