26.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2011 — Advance Magazine Publishers vs UASI — Capela & Irmãos (VOGUE)
(Kawża T-382/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Aplikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VOGUE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VOGUE Portugal - Nuqqas ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 63/49
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Esteve Sanz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: J. Capela Irmãos, Lda (Porto, il-Portugall)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 328/2003-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn J. Capela Irmãos, Lda u Advance Magazine Publishers, Inc.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 328/2003-2) hija annullata.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Advance Magazine Publishers, Inc.
(1) ĠU C 301, 22.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy