17.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 370/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2011 — Elliniki Nafpigokataskevastiki et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-384/08) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Kostruzzjoni ta’ bastimenti - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Griegi taħt forma ta’ garanzija ta’ kumpens - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Imputabbiltà lill-Istat - Riżorsi tal-Istat - Kriterju tal-investitur privat)
2011/C 370/36
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Elliniki Nafpigokataskevastiki AE Chartofylakeiou (Chaidari, il-Greċja); Howaldtswerke-Deutsche Werft GmbH (Kiel, il-Ġermanja); u ThyssenKrupp Marine Systems AG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Soltész u C. von Köckritz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, M. Konstantinidis u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Trapeza Peiraios AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: S. Pappas, I. Ktenidis u C. Apalagaki, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/610/KE, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar il-miżuri C-16/04 (ex NN 29/04, CP 71/02 u CP 133/05) implimentati mill-greċja favur it-tarzjnari elleniċi [l-impriża Hellenic Shipyards SA] (JO 2009, L 225, p. 104).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Elliniki Nafpigokataskevastiki AE Chartofylakeiou, Howaldtswerke-Deutsche Werft GmbH u ThyssenKrupp Marine Systems AG huma kkundannati sabiex ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Trapeza Peiraios AE.
(1) ĠU C 301, 22.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy