28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Trautwein vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ kelb)
(Kawża T-385/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta kelb - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2010/C 234/56
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research and Development (Leopoldshöhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Czychowski, A. Nordemann u A. Dustmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 1734/2007-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta kelb bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research and Development hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 313, 06.12.2008.
Full & Egal Universal Law Academy