1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 — AEPI vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-392/08) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable - Deċizjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq ġeografiku - Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni nazzjonali - Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali - Prova - Preżunzjoni ta’ innoċenza)
2013/C 156/44
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: AEPI Elliniki Etaireia pros Prostasian tis Pnevmatikis Idioktisias AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment P. Xanthopoulos u T. Asprogerakas Grivas, sussegwentement T. Asprogerakas Grivas, avukati)
Konvenuta): Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou u F. Castillo de la Torre, aġenti, assistiti inizjalment minn M. Moustakali, sussegwentement minn S. Dempegiotis, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC).
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC), huwa annullat, sa fejn jikkonċerna lil AEPI Elliniki Etaireia pros Prostasian tis Pnevmatikis Idioktisias AE.
(2)
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni C(2008) 3435 finali huwa annullat, inkwantu jirreferi għall-Artikolu 3 tagħha, sa fejn jikkonċerna lil AEPI.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċhud.
(4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż ta’ AEPI.
(5)
AEPI għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.
(6)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 301, 22.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy