12.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/10
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (Forma ta’ fenek taċ-ċikkulata)
(Kawża T-395/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ fenek taċ-ċikkulata - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009))
2011/C 46/18
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Chocoladefabriken Lindt Sprüngli AG (Kilchberg, l-Isvizzera) (rappreżentanti: R. Lange, E. Schalast u G. Hild, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Lulju 2008 (Każ R 419/2008-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ fenek taċ-ċikkulata bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Chocoladefabriken Lindt Sprüngli AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 313, 06.12.2008.
Full & Egal Universal Law Academy