28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-396/08) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Għajnuna għat-taħriġ - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni - Neċessità tal-għajnuna - Effetti pożittivi - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2010/C 234/58
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Freistaat Sachsen (il-Ġermanja); u Land Sachsen-Anhalt (il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Müller-Ibold u T. Graf, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. França, K. Gross u B. Martenczuk, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/878/KE, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar għajnuna mill-Istat li l-Ġermanja beħsiebha tagħti lil DHL (ĠU L 312, p. 31).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 327, 20.12.2008.
Full & Egal Universal Law Academy