1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 — Stowarzyszenie Autorów ZAiKS vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-398/08) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq ġeografiku - Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali - Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali - Prova - Preżunzjoni ta’ innoċenza)
2013/C 156/45
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Stowarzyszenie Autorów ZAiKS (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: B. Borkowska u M. Błeszyński, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u K. Mojzesowicz, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC).
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC), huwa annullat, sa fejn dan jikkonċerna lil Stowarzyszenie Autorów ZaiKS.
(2)
L-Artikolu 4(2)u (3) ta’ din id-deċiżjoni huwa annullat, inkwantu dan jirreferi għall-Artikolu 3 tagħha, sa fejn jikkonċerna lil Stowarzyszenie Autorów ZaiKS.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-proċeduri prinċipali.
(5)
Stowarzyszenie Autorów ZaiKS u l-Kummissjoni għandhom ibatu, kull waħda minnhom, l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 285, 08.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy