16.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 11/26
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza 19 ta’ Novembru 2009 — Clearwire Corporation vs UASI (CLEARWIFI)
(Kawża T-399/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina l-Komunità Ewropea - Trade mark verbali CLEARWIFI - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009]”)
2010/C 11/50
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Clearwire Corporation (Kirkland, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: G. Konrad, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Ġunju 2008 (Kawża R 706/2008-1), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina l-Komunità Ewropea, tas-sinjal CLEARWIFI.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Clearwire Corporation hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 301, 22.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy