1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 — Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-401/08) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u r-ritrażmissjoni bil-kejbil - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq ġeografiku - Ftehim bilaterjali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali - Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali - Prova - Preżunzjoni tal-innoċenza)
2013/C 156/46
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto ry (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: H. Pokela, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Paasivirta, F. Castillo de la Torre u P. Aalto, sussegwentement E. Paasivirta u F. Castillo de la Torre, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, rigward proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC)
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 3 Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC) huwa annullat, għal dak li jikkonċerna lil Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto ry.
(2)
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni C(2008) 3435 finali huwa annullat, sa fejn jirreferi għall-Artikolu 3 ta’ din tal-aħħar, għal dak li jikkonċerna lil Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto.
(5)
Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.
(6)
Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto u l-Kummissjoni għandhom ibatu kull wieħed l-ispejjeż tagħhom marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 313, 06.12.2008
Full & Egal Universal Law Academy