3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/60
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2013 — Fluorsid u Minmet vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-404/08) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq dinji tal-fluworidu tal-aluminju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Rikors għal annullament - Terminu tar-rikors - Tardività - Inammissibbiltà - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq - Prova tal-ksur - Drittijiet tad-difiża - Definizzjoni tas-suq inkwistjoni - Multi - Gravità tal-ksur - Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-multi)
2013/C 225/134
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Fluorsid SpA (Assemini, l-Italja); u Minmet financing Co. (Lausanne, l-Isvizzera) (rappreżentanti: L. asques u F. Perego, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, C. Cattabriga u K. Mojzesowicz, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3043, tal-25 ta’ Ġunju 2008, dwar proċedimenti skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (COMP/39.180 — Fluworidu tal-aluminju), li jikkonċernaw akkordju fuq is-suq dinji tal-fluworidu tal-aluminju dwar l-iffissar tal-prezzijiet u t-tqassim tas-swieq fuq livell dinji, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Fluorsid SpA u Minmet financing Co. huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 301, 22.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy