3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/61
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2013 — ICF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-406/08) (1)
(Kompetizzjoni - Ententes - Suq dinji tal-fluworidu tal-aluminju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq - Prova tal-ksur - Drittijiet tad-difiża - Konkordanza bejn id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u d-deċiżjoni kkontestata - Multi - Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-multi - Ftehim Ewro-Mediterran)
2013/C 225/136
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Industries Chimiques du Fluor (ICF) (Tuneż, it-Tuneżija) (rappreżentanti: inizjalment minn M. van der Woude u T. Hennen, sussegwentement minn P. Wytinck u D. Gillet, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, K. Mojzesowicz u N. von Lingen, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3043, tal-25 ta’ Ġunju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (COMP/39.180 — Fluworidu tal-aluminju) li tikkonċerna akkordju fuq is-suq dinji tal-fluworidu tal-aluminju dwar l-iffissar tal-prezzijiet u t-tqassim tas-swieq fuq livell dinji, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Industries chimiques du fluor hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 44, 21.2.2009.
Full & Egal Universal Law Academy