1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 — Artisjus vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-411/08) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bir-ritrażmissjoni bil-kejbil - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq ġeografiku - Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali - Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali - Prova - Preżunzjoni tal-innoċenza)
2013/C 156/48
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Artisjus Magyar Szerzői Jogvédő Iroda Egyesület (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: Z. Hegymegi-Barakonyi, P. Vörös u M. Horányi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u V. Bottka, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 final, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC).
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 3 Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 final, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC) huwa annullat, għal dak li jikkonċerna lill-Artisjus Magyar Szerzői Jogvédő Iroda Egyesület.
(2)
L-Artikolu 4(2) u (3) tal-imsemmija deċiżjoni huwa annullat, sa fejn jirreferi għall-Artikolu 3 tagħha, fir-rigward ta’ Artisjus.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tal-proċedura prinċipali.
(4)
Artisjus u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 301, 22.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy