13.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 37/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2009 — Trubion Pharmaceuticals vs UASI — Merck (TRUBION)
(Kawża T-412/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TRUBION - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti TriBion Harmonis - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2010/C 37/46
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Trubion Pharmaceuticals, Inc. (Seattle, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Hertz-Eichenrode, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment M. Best u R. Freitag, sussegwentement M. Best u U. Pfeghar, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1605/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Trubion Pharmaceuticals, Inc. u Merck KGaA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Trubion Pharmaceuticals, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 301, 22.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy