1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 — SOZA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-413/08) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u trażmissjoni mill-ġdid bil-cable - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq ġeografiku - Ftehim bilaterjali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali - Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali - Prova - Preżunzjoni ta’ innoċenza)
2013/C 156/49
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Slovenský ochranný Zväz Autorský pre práva k hudobným dielam (SOZA) (Bratislava, Ir-Repubblika tas-Slovakkja) (rappreżentant: M. Favart, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Biolan u J. Bourke, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: International Confederation of Societies of Authors and Composers (CISAC) (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentanti: J. F. Bellis u K. Van Hove, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni C(2008) 3435 finali tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedimenti skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC).
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni C(2008) 3435 finali tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedimenti skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC), huwa annullat, għal dak li jirrigwarda lil Slovenský ochranný Zväz Autorský pre práva k hudobným dielam (SOZA).
(2)
Il’kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 301, 22.11.2008.
Full & Egal Universal Law Academy