1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 — LATGA-A vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-419/08) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni lill-pubbliku ta’ xogħolijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq ġeografiku - Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali - Prattika miftehma li teskludi l-possibbiltà li jinħarġu liċenzji multiterritorjali u multirepertorji - Prova - Preżunzjoni ta’ innoċenza)
2013/C 156/55
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lietuvos autorių teisių gynimo asociacijos agentūra (LATGA-A) (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: M. Favart, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u A. Biolan, aġenti)
Partijiet konvenuta insostenn tal-parti rikorrenti: International Confederation of Societies of Authors and Composers (CISAC) (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentanti: J.-F. Bellis u K. Van Hove, avukati); u European Broadcasting Union (EBU) (Grand-Saconnex, l-Isvizzera) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, u D. Slater, solicitor)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC).
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC), huwa annullat, sa fejn dan jikkonċerna lil Lietuvos autorių teisių gynimo asociacijos agentūra (LATGA-A).
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 313, 06.12.2008.
Full & Egal Universal Law Academy