1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 — Performing Right Society vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-421/08) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq ġeografiku - Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali - Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali - Prova - Preżunzjoni ta’ innoċenza)
2013/C 156/57
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Performing Right Society Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Rivas Andrés, M. Nissen, avukati, u G. Eclair-Heath, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u J. Bourke, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Sociedad General de Autores y Editores (SGAE) (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: R. Allendesalazar Corcho u R. Vallina Hoset, avukati)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: International Federation of the Phonographic Industry (IFPI) (Zurich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: L. Uusitalo u L. Rechardt, avukati); RTL Group SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu); CLT-UFA (il-Lussemburgu); Music Choice Europe Ltd (Londra); ProSiebenSat.1 Media AG (Unterföhring, il-Ġermanja); Modern Times Group MTG AB (Stokkolma, l-Isveżja); Viasat Broadcasting UK Ltd (Londra); Verband Privater Rundfunk und Telemedien eV (VPRT) (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizzjalment minn M. Hansen, É. Barbier de La Serre, avukati, u O. Zafar, solicitor, sussegwentment minn M. Hansen, A. W. Weitbrecht, J. Ruiz Calzado, avukati, u J. Kallaugher, solicitor)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni C(2008) 3435 finali tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38698 — CISAC).
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura mressqa mill-Kummissjoni Ewropea hija miċħuda.
(2)
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni C(2008) 3435 finali tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38698 — CISAC), huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil Performing Right Society Ltd.
(3)
L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni C(2008) 3435 finali hija annullata, sa fejn jirreferi għall-Artikolu 3 tagħha, sa fejn jikkonċerna lil Performing Right Society.
(4)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(5)
Performing Right Society għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha stess, għajr dawk marbuta mal-interventi insostenn tal-Kummissjoni.
(6)
Is-Sociedad General de Autores y Editores (SGAE) għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.
(7)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Performing Right Society, għajr dawk marbuta mal-interventi insostenn tal-Kummissjoni, u nofs l-ispejjeż sostnuti mill-SGAE.
(8)
L-International Federation of the Phonographic Industry (IFPI) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn Performing Right Society u li huma marbuta mal-intervent tagħha.
(9)
RTL Group SA, CLT-UFA, Music Choice Europe Ltd, ProSiebenSat.1 Media AG, Modern Times Group MTG AB, Viasat Broadcasting UK Ltd u Verband Privater Rundfunk und Telemedien eV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti minn Performing Right Society u li huma marbuta mal-interventi tagħhom.
(1) ĠU C 313, 06.12.2008.
Full & Egal Universal Law Academy