1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 — SACEM vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-422/08) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bir-ritrażmissjoni bil-kejbil - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq ġeografiku - Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali - Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali - Prova - Preżunzjoni tal-innoċenza)
2013/C 156/58
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Société des auteurs, compositeurs et éditeurs de musique (SACEM) (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentant: H. Calvet, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u E. Gippini Fournier, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues, E. Belliard u A.-L. Vendrolini, sussegewentement G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti); u Sociedad General de Autores y Editores (SGAE) (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: R. Allendesalazar Corcho, R. Vallina Hoset u P. Hernández Arroyo, avukati)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: International Federation of the Phonographic Industry (IFPI) (Zurich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: L. Uusitalo u L. Rechardt, avukati); RTL Group SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu); CLT-UFA (Lussemburgu); Music Choice Europe Ltd, (Londra, ir-Renju Unit); ProSiebenSat.1 Media AG (Unterföhring, il-Ġermanja); Modern Times Group MTG AB (Stokkolma, l-Isvezja); Viasat Broadcasting UK Ltd (Londra); Verband Privater Rundfunk und Telemedien eV (VPRT) (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment M. Hansen, É. Barbier de La Serre, avukati, u O. Zafar, solicitor, sussegwentement M. Hansen, J. Ruiz Calzado, A. Weitbrecht, avukati, u J. Kallaugher, solicitor)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċediment skont l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ KOMP/C2/38.698 — CISAC).
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea hija miċħuda.
(2)
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċediment skont l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ KOMP/C2/38.698 — CISAC), huwa annullat, għal dak li jirrigwarda lis-Société des auteurs, compositeurs et éditeurs de musique (SACEM).
(3)
L-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni C(2008) 3435 finali huwa annullat sa fejn jirreferi għall-Artikolu 3 tagħha, għal dak li jirrigwarda lis-SACEM.
(4)
Il-kumplement tar-rikors huwa miċħud.
(5)
Is-SACEM għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha, ħlief għal dawk marbuta mal-interventi insostenn tal-Kummissjoni.
(6)
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(7)
Is-Sociedad General de Autores y Editores (SGAE) għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.
(8)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tas-SACEM, ħlief għal dawk marbuta mal-interventi insostenn tal-Kummissjoni, u nofs l-ispejjeż tas-SGAE.
(9)
L-International Federation of the Phonographic Industry (IFPI) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tas-SACEM li huma marbuta mal-intervent tagħha.
(10)
RTL Group SA, CLT-UFA, Music Choice Europe Ltd, ProSiebenSat.1 Media AG, Modern Times Group MTG AB, Viasat Broadcasting UK Ltd u l-Verband Privater Rundfunk und Telemedien eV (VPRT) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tas-SACEM li huma marbuta mal-interventi tagħhom.
(11)
Is-SACEM, il-Kummissjoni, RTL Group, CLT-UFA u Music Choice Europe għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom dwar il-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 327, 20.12.2008.
Full & Egal Universal Law Academy