5.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2010 — CEAHR vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-427/08) (1)
(Akkordji - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Deċiżjoni li lment jiġi miċħud - Rifjut tal-manifatturi tal-arloġġi Svizzeri li jipprovdu spare parts lill-arluġġara indipendenti - Interess Komunitarju - Suq rilevanti - Suq primarju u suq ta’ wara l-bejgħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
2011/C 38/16
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Confédération européenne des Associations d’horlogers-réparateurs (CEAHR) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Mathijsen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment X. Lewis u F. Ronkes Agerbeek, sussegwentement F. Ronkes Agerbeek u F. Castilla Contreras, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Richemont International SA (Bellevue, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. Ysewyn, avukat, u H. Crossley, solicitor)
Suġġett
Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3600, tal-10 ta’ Lulju 2008, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti fil-Każ COMP/E-1/39.097.
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3600, tal-10 ta’ Lulju 2008, fil-Każ COMP/E-1/39.097 hija annullata.
(2)
Richemont International SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Confédération européenne des associations d’horlogers-réparateurs (CEAHR), minħabba l-intervent.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għanda tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, il-kumplament tal-ispejjeż sostnuti mis-CEAHR.
(1) ĠU C 313, 06.12.2008.
Full & Egal Universal Law Academy