28.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 126/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2012 — Coverpla vs UASI — Heinz-Glas (Flixkun)
(Kawża T-450/08) (1)
(Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrapreżenta flixkun - Disinn preċedenti - Raġuni għal invalidità - Żvelar tad-disinn preċedenti - Nuqqas ta’ novità - Artikoli 5 u 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)
2012/C 126/25
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Coverpla (Nice, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe u M. Chaminade, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Heinz-Glas GmbH (Piesau, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Pütz-Poulalion, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1411/2007-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ disinn Komunitarju bejn Heinz-Glas GmbH u Coverpla.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miħċud.
(2)
Coverpla hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 6, 10.01.2009.
Full & Egal Universal Law Academy