20.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 317/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2010 — DHL Aviation u DHL Hub Leipzig vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-452/08) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Trasport tal-merkanzija bl-ajru - Garanziji fir-rigward tal-operat tal-bażi Ewropea ġdida tal-grupp DHL fl-ajruport ta’ Leipzig-Halle - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordona l-irkupru tagħha)
2010/C 317/49
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: DHL Aviation SA/NV (Zaventem, il-Belġju); u DHL Hub Leipzig GmbH (Schkeuditz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Burnside, solicitor, u B. van de Walle de Ghelcke, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Gross, B. Martenczuk u E. Righini, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/948/KE, tat-23 ta’ Lulju 2008, dwar miżuri mill-Ġermanja għall-benefiċċju tad-DHL u tal-ajruport Leipzig-Halle (ĠU L 346, p. 1).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
DHL Aviation SA/NV u DHL Hub Leipzig GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 6, 10.1.2009.
Full & Egal Universal Law Academy