5.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Acantro Turismo
(Kawża T-460/08) (1)
(Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi li jirrigwardaw l-organizzazzjoni ta’ vjaġġi għal missjonijiet uffiċjali - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt - Ammissibbiltà - Pagament ta’ ammonti dovuti bħala somma kapitali - Interessi moratorji)
2011/C 38/17
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u A. Caeiros, aġenti)
Konvenuta: Acantro Turismo SpA (rappreżentanti: A. Carta u G. Murdolo, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 153 KEEA sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata tħallas ammonti allegatament dovuti, flimkien mal-interessi moratorji, b’eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi 349-90-04 TL ISP I, li jirrigwarda l-organizzazzjoni ta’ vjaġġi għal missjonijiet uffiċjali mitluba miċ-Ċentru konġunt tar-riċerka.
Dispożittiv
(1)
Acentro Turismo SpA hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea l-ammont ta’ EUR 13 497,46 dovut bħala s-somma kapitali, is-somma ta’ EUR 2 278,55 dovuta bħala interessi moratorji li skadew fid-data tal-preżentata tar-rikors kif ukoll l-interessi moratorji fuq dawn l-ammonti kkalkolati bir-rata fis-seħħ mill-10 ta’ Ottubru 2008 sad-data tal-pagament komplet tal-ammont dovut bħala s-somma kapitali.
(2)
Acentro Turismo hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 313, 06.12.2008.
Full & Egal Universal Law Academy