23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 3 ta’ Settembru 2010 — Companhia Muller de Bebidas vs UASI — Missiato Industria e Comercio (61 A NOSSA ALEGRIA)
(Kawża T-472/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva 61 A NOSSA ALEGRIA - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CACHAÇA 51 u t-trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti CACHAÇA 51 u Pirassununga 51 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2010/C 288/68
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Companhia Muller de Bebidas (rappreżentanti: G. Da Cunha Ferreira u I. Bairrão, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Missiato Industria u Comercio Ltda (Santa Rita Do Passa Quatro, il-Brażil)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1687/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Companhia Muller de Bebidas u Missiato Industria u Comercio Ltda.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1687/2007-1) hija annullata.
(2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 6, 10.1.2009.
Full & Egal Universal Law Academy