4.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2010 — Umbach vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-474/08) (1)
(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jikkonċernaw kuntratt konkluż fil-kuntest tal-programm TACIS - Talba għal aċċess relatata mal-kawża bejn ir-rikorrent u l-Kummissjoni quddiem qorti ċivili Belġjana - Rifjut parzjali għal aċċess - Talba għal aċċess ibbażata fuq prinċipji li jirriżultaw mit-Trattat KE - Interess pubbliku superjuri)
2010/C 328/49
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Dieter C. Umbach (Bangkok, it-Tajlandja) (rappreżentant: M. Stephani, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u T. Scharf, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Settembru 2008, li tirrifjuta l-aċċess tar-rikorrent għal ċerta data inkluża fid-dokumenti relatati ma’ kuntratt intitolat “TACIS Service Contract Nru 98.0414”, dwar l-assistenza għat-tfassil ta’ kodiċi amministrattiv favur il-Federazzjoni tar-Russja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Dieter C. Umbach huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 32, 07.02.2009.
Full & Egal Universal Law Academy