1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2010 — Mundipharma vs UASI — ALK-Abelló (AVANZALENE)
(Kawża T-477/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AVANZALENE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti AVANZ - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2010/C 113/67
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mundipharma AG (Bâle, l-Isvizzera) (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: ALK-Abelló A/S (Hørsholm, id-Danimarka) (rappreżentant: S. Palomäki Arnesen, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 1694/2007-4), fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ALK-Abelló A/S u Mundipharma AG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Mundipharma AG hija kkundannata għall-ispejjeż, esklużi dawk esposti minn ALK-Abelló A/S.
(3)
ALK-Abelló A/S għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 6, 10.1.2009
Full & Egal Universal Law Academy