12.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2011 — adidas vs UASI — Patrick Holding (Rappreżentazzjoni ta’ żarbuna b’żewġ strixxi)
(Kawża T-479/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta żarbuna b’żewġ strixxi fil-ġenb - Trade mark nazzjonali preċedenti li tirrappreżenta żarbuna bi tliet strixxi fil-ġenb - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ ġustifikazzjoni ta’ dritt preċedenti - Nuqqas ta’ traduzzjoni ta’ elementi essenziali li jiġġustifikaw ir-reġistrazzjoni tat-trade mark preċedenti - Regola 16(3), Regola 17(2) u Regola 20(2) tar-Regolament Nru 2868/95)
2011/C 331/30
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: adidas AG (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck, avukati u I. Fowler, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Patrick Holding ApS (Fredensborg, id-Danimarka) (rappreżentanti: J. Løje u T. Meedom, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 849/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn adidas AG u Patrick Holding ApS.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
adidas AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 6, 10.01.2009.
Full & Egal Universal Law Academy