31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2010 — Kureha vs UASI — Sanofi-Aventis (KREMEZIN)
(Kawża T-487/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KREMEZIN - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti KRENOSIN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Prova tal-eżistenza tat-trade mark preċedenti - Terminu - Regoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009))
2010/C 209/52
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kureha Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: W. von der Osten-Sacken u O. Sude, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sanofi-Aventis SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: R. Gilbey, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1631/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sanofi-Aventis SA u Kureha Corp.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kureha Corp. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
(3)
Sanofi-Aventis SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 19, 24.1.2009.
Full & Egal Universal Law Academy