19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/16
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2011 — Galileo International Technology vs UASI — Galileo Sistemas y Servicios (GSS GALILEO SISTEMAS Y SERVICIOS)
(Kawża T-488/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GSS GALILEO SISTEMAS Y SERVICIOS - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti GALILEO - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti powered by Galileo - Trade marks figurattivi preċedenti GALILEO INTERNATIONAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 340/30
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Galileo International Technology LLC (Bridgetown, Barbados) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, M. Blair u K. Gilbert, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Mondéjar Ortuño u P. Bullock, aġenti)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Galileo Sistemas y Servicios, SL (Madrid, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008, (Każ R 403/2006-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Galileo International Technology, LLC u Galileo Sistemas y Servicios, SL.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Galileo International Technology, LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 19, 24.01.2009.
Full & Egal Universal Law Academy