31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2010 — CM Capital Markets vs UASI — Carbon Capital Markets (CARBON CAPITAL MARKETS Emissions Compliance Solutions & Carbon Finance)
(Kawża T-490/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva CARBON CAPITAL MARKETS Emissions Compliance Solutions & Carbon Finance - Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedenti CM Capital Markets - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2010/C 209/53
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CM Capital Markets Holding, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: T. Villate Consonni u J. Calderón Chavero, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: J. F. Crespo Carrillo, agent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Carbon Capital Markets Ltd (Oxford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: E. Hardcastle, solicitor)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Settembru 2008 (Każ R 16/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn CM Capital Markets Holding, SA u Carbon Capital Markets Ltd.
Dispożittiv
(1)
Ir rikors huwa miċħud.
(2)
CM Capital Markets Holding, SA hija kkundannata għall ispejjeż.
(1) ĠU C 6, 10.01.2009.
Full & Egal Universal Law Academy