29.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2011 — NEC Display Solutions Europe vs UASI — C More Entertainment (see more)
(Kawża T-501/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva see more - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti CMORE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 319/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: NEC Display Solutions Europe GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Munzinger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: W. Verburg, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: C More Entertainment AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 1388/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn C More Entertainment AB u NEC Display Solutions Europe GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
NEC Display Solutions Europe GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 19, 24.01.2009.
Full & Egal Universal Law Academy