23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2010 — Nadine Trautwein Rolf Trautwein vs UASI (Hunter)
(Kawża T-505/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Hunter - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Restrizzjoni tal-prodotti indikati fl-applikazzjoni għal trade mark)
2010/C 288/69
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research and Development (Leopoldshöhe, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Czychowski, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Settembru 2008, kif mibdula fil-5 ta’ Frar 2009 (Każ R 1733/2007-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Hunter bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research and Development hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 44, 21.02.2009.
Full & Egal Universal Law Academy