16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2011 — Psytech International vs UASI — Institute for Personality & Ability Testing (16PF)
(Kawża T-507/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali 16PF - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Nuqqas ta’ sinjali li saru komuni - Nuqqas ta’ mala fide - Artikoli 7(1)(b) sa (d) u 51(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 7(1)(b) sa (d) u 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 211/50
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Psytech International Ltd (Pulloxhill, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: N. Phillips, solicitor, N. Saunders, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Institute for Personality & Ability Testing, Inc. (Champaign, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Hobbs, QC, u A. Chaudri, solicitor)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1012/2007-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Psytech International Ltd u l-Institute for Personality & Ability Testing, Inc.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Psytech International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 19, 24.01.2009.
Full & Egal Universal Law Academy